2022
Sign In

2022

Nota lill-benefiċċjarji taħt il-Mizura 10.1 Agri-ambjent Klima tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2014-2020 rigward l-obbligu ta’ taħriġ u parir (advice and training)

L-Awtorità ta’ Ġestjoni qed tagħmel referenza għan-nota datata 20 ta Jannar 2021 fuq din il-websajt.  L-Awtorita’ qed tinforma li għal dawk il-bdiewa li kellhom kuntratt oriġinali datat 2017 u 2018 u li għad iridu jissodisfaw l-obbligu ta’ taħriġ u/jew parir, din l-estensjoni tagħlaq ma l-għeluq normali tal-kampanja ta‘ ħlas tas-sena 2022, sa Ġunju tas-sena 2023. Jekk il-bidwi ma jonorax dawn l-obbligi, ikun qed jikser obbligu tal-kuntratt u allura jkun suġġett għal irkupru sħiħ tal-hlasijiet tal-kuntratt. Din in-nota tibqa’ valida sakemm l-Awtorità ta’ Ġestjoni tinforma mod ieħor.

Għal dawk il-bdiewa li kellhom kuntratt oriġinali datat 2019 u 2020 u li għad iridu jissodisfaw l-obbligu ta’ taħriġ u/jew parir, din l-estensjoni tagħlaq ma l-għeluq normali tal-kampanja ta‘ ħlas tas-sena 2023, sa Ġunju  tas-sena 2024. Jekk il-bidwi ma jonorax dawn l-obbligi, ikun qed jikser obbligu tal-kuntratt u allura jkun suġġett għal irkupru sħiħ tal-hlasijiet tal-kuntratt. Din in-nota tibqa’ valida sakemm l-Awtorità ta’ Ġestjoni tinforma mod ieħor.

Kwalunkwe obbligu li l-benefiċċjarji għandhom marbuta mal-miżura jew ma’ entitajiet responsabbli oħra jibqgħu japplikaw.

21 t'Ottubru 2022​

---------------------------------------------------------------------------​​​​​​​​​​​​​​

Kjarifika rigward il-benefiċċjarji taħt il-Mizura 10.1 Agro-ambjent Klima (AECMs) Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 (PŻR 2014-2020), marbuta ma l-obbligi ta’ taħriġ u servizz ta’ pariri. 

L-Awtorità ta’ Ġestjoni tixtieq tfakkar lill-benefiċjarji kollha tal-AECMs dwar l-obbligu li jattendu taħriġ u jirċievu servizz ta’ parir relavanti għall-AECMs hekk kif speċifikat mill-Awtorità ta’ Ġestjoni.

Matul il-perjodu tal-impenn (normalment 5 snin), il-bidwi/bdiewa marbuta ma’ l-istess impenn irridu jaraw li jkun hemm ta’ l-anqas parteċipazzjoni waħda taħt it-taħriġ u oħra taħt is-servizz tal-pariri. Għaldaqstant, f’każ ta’ transferiment ta’ impenn minn benefiċjarju għall-ieħor, jekk dan l-obbligu jkun għadu ma ġiex sodisfatt mill-benefiċjarju oriġinali, it-tieni benefiċjarju iġorr l-obbligu li jissodisfa min naħa tiegħu /tagħha dan jew dawn l-obbligi pendent

13th May 2022​

---------------------------------------------------------------------------​​​​​​​​​​​​​​

Notifika lill-benefiċċjarji taħt il-Mizura 10.1 Agri-ambjent Klima Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 (PŻR 2014-2020)

 L-Awtorità ta’ Ġestjoni qed tinforma lill-benefiċjarji kollha ta’ AECM1, li bbażat fuq rapport tekniku marbut maċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tax-xita f’dawn l-aħħar xhur għal din is-sena (2022), qed jingħata permess biex jinħartu d-dwieli u l-għelieqi b’siġar tal-frott, mid-data ta’ din in notifika (li hija qabel id-data stabbilita fil-Linji Gwida, cioe il-15 ta’ Marzu).

08 ta’ Marzu 2022​

---------------------------------------------------------------------------​​​​​​​​​​​​​​

Information Session on new RDP calls issued on 3rd January 2022

An information session, is being held by the Managing Authority for the European Agricultural Fund for Rural Development (EAFRD) on the Rural Development Programme calls issued on 3rd January 2022

The information session will be held on Friday 21st January 2022 at 13:00. Those interested to join will have to click here.​


14th January 2022

---------------------------------------------------------------------------​​​​​​​​​​​​​

 
NOTICE: Measure 4.1​

Applications will open on the 3rd January 2022, and calls shall remain open until otherwise notified by the Managing Authority. The first batch of applications shall close on Friday 18th February at noon, with other batches envisaged for closure on Friday 22nd and Friday 10th June, at noon, subject to budget availability.  


4th January 2022​​​​