Navigate Up
Sign In

L-użu tal-Istrumenti ta’ Rkupru tal-UE għall-isfidi li ġejjin

Reference Number: PR201860, Press Release Issue Date: Oct 30, 2020
 
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ 
 


Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi ħa sehem fil-laqgħa ta’ livell għoli ma’ ministri responsabbli mill-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni Ewropea li matulha ddiskutew l-istrumenti finanzjarji li l-Unjoni Ewropea qed tressaq permezz tal-Politika ta’ Koeżjoni u l-Pjan tal-Irkurpru Ewropew. 
 
Fid-dawl tal-pandemija Covid-19, l-Unjoni Ewropea pprovdiet strumenti finanzjarji addizzjonali bilgħan li l-ekonomija Ewropea terġa’ tqum fuq saqajha u l-ebda pajjiż ma jitħalla jaqa’ lura. Fost dawn l-istrumenti finanzjarji hemm il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) u l-programm REACTEU. 
 
Matul din il-laqgħa virtwali, is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi flimkien marrappreżentanti tal-pajjiżi l-oħra ddiskutew kif dawn l-istrumenti ta’ rkupru għandhom jintużaw ħalli jkun żgurat li l-isfidi preżenti u futuri jiġu indirizzati. Il-politika ta’ koeżjoni kienet strumentali biex sar żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali madwar l-Unjoni Ewropea. Tibqa’ l-ħtieġa, stqarr isSegretarju Parlamentari, li l-unità tal-politiki strutturali u ta’ koeżjoni tkompli taqdi rwol importanti anke fit-twettiq tal-qafas finanzjarju għas-seba’ snin li ġejjin. 
 
Matul is-snin, Malta wriet kif il-politika ta’ koeżjoni tista’ tipprovdi għall-investiment strateġiku li tassew jagħmel differenza. Fis-seba’ snin li ġejjin Malta għandha tkompli taħtaf dawn lopportunitajiet ħalli il-pakkett ta’ €2.25 biljun li l-Prim Ministru Robert Abela rnexxielu jakkwista għal Malta jintuża bl-aqwa mod u jħalli l-akbar impatt fuq l-ekonomija u l-benessere tas-soċjetà Maltija kollha. 
pr201860a.jpg