Navigate Up
Sign In

Niddibattu l-Fondi Ewropej – konferenza tal-għeluq għas-sena 2019 dwar il-programm ‘Europe for Citizens 2014-2020’ organizzata mill-contact point Malti għall-programm

Reference Number: PR192667, Press Release Issue Date: Dec 17, 2019
 

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U KOMUNITAJIET U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ U DJALOGU SOĊJALI

 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia attendew għall-konferenza talgħeluq għas-sena 2019 dwar il-programm Europe for Citizens 2014-2020.

L-għan ta’ dan il-programm huwa li jgħin liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea biex jagħtu aktar sehem fl-iżviluppi tal-Unjoni. Fuq livell Ewropew, għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020, ġie allokat baġit ta’ €187,718,000 għal dan il-programm.

Permezz tal-ħidma tal-contact point Malti tal-Programm Europe for Citizens li jinsab fi ħdan idDiviżjoni għall-Gvern Lokali, fl-ewwel round ta’ sejħiet li tnedew mill-programm fuq livell Ewropew fi Frar tal-2019, hemm 11-il kunsill lokali, ministeru u NGO li qed jipparteċipaw fiddiversi strands tal-programm, bi proġetti li jlaħħqu baġit totali bejniethom ta’ €980,485.  Fil-mument qed nistennew ir-riżultati tat-tieni round ta’ sejħiet li tnedew f’Settembru 2019.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis qal li bis-saħħa ta’ dan il-programm qed jinħoloq aktar sens ta’ għarfien dwar l-istorja u l-valuri komuni u qed tiġi mħeġġa wkoll il-parteċipazzjoni demokratika u ċivika taċ-ċittadini fil-livell tal-Unjoni. Is-Segretarju Parlamentari Parnis ħeġġeġ lill-kunsilli lokali u anki lill-NGOs kollha preżenti sabiex ikomplu joħolqu proġetti relatati ma’ dan il-programm sabiex b’hekk iċ-ċittadini Maltin ikomplu jibbenefikaw minnu.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi tal-Unjoni Ewropea u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia qal li  programm bħal dan ifakkarna fl-għan aħħari tal-Unjoni, li ġiet stabbilita biex tippromwovi l-paċi, linklużjoni, tiġġieled id-diskriminazzjoni u twaqqa’ l-ħitan fejn jidħlu negozju u konfini bejn pajjiż u ieħor. Is-segretarju parlamentari tenna li kunsilli lokali għandhom rwol kruċjali fil-proċess demokratiku ta’ pajjiżna. Fil-kuntest preżenti, dan huwa importanti ħafna, meta l-bzonn li nħaddnu lprinċipji u l-valuri Ewropej huwa qawwi. Temm jgħid li dawn il-programmi qed jgħinuna nirbħu lqlub u l-imħuħ taċ-ċittadini Maltin, favur il-proġett Ewropew.

Preżenti għal din is-sessjoni kien hemm bosta sindki, segretarji eżekuttivi u membri oħra tal-kunsill lokali kif ukoll NGOs.