Navigate Up
Sign In

L-ewwel triq ġdida tas-Central Link Project mistennija tinfetaħ sal-aħħar ta’ Settembru

Reference Number: PR201417, Press Release Issue Date: Jul 24, 2020
 
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U LPROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ 
 

 
Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi żaru s-sit tas-Central Link Project flimkien mattmexxija ta’ Infrastructure Malta. Huma ħabbru li l-ewwel triq ġdida ta’ dan il-proġett mistennija tinfetaħ sal-aħħar ta’ Settembru. 
 
Il-Ministru Ian Borg qal, “Qed nitkellmu fuq konnessjoni essenzjali, proġett li mhux biss se jelimina numru ta’ bottlenecks problematiċi li jikkawżaw il-konġestjoni iżda li se jagħti disinn aktar effiċjenti u sigur, dehra isbaħ u aktar faċilitajiet għal mezzi alternattivi. Hawnhekk se jkollna diversi passaġġi pedonali kif ukoll l-itwal trakka segregata għar-roti li twassal mill-Imrieħel sar-Rabat. Is-Central Link Project se jwassal għal arja aktar nadifa u kwalità tal-ħajja għar-residenti kollha li jgħixu fiċ-ċentri tal-irħula li jingħaqdu ma’ din l-arterja, u li issa se jkollhom toroq aktar vojta hekk kif in-nies se jibdew jersqu aktar lejn il-konnessjoni prinċipali. Impenjati li nkomplu ninvestu f’network tat-toroq effiċjenti, sigur u tal-aqwa kwalità għall-utenti tat-toroq kollha.”  
 
Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi qal li dan il-proġett tac-Central Link huwa kofinanzjat minn fondi Ewropej li jammontaw għal madwar ħdax-il miljun ewro. Hu qal li l-proġetti infrastrutturali huma prova ċara ta’ kemm kien importanti għal Malta li nġibu baġit ġust biex pajjiżna jkompli mixi ’l quddiem. Saħaq li l-investiment fl-infrastruttura jfisser inqas emissjonijiet hekk kif jiġu indirizzati l-postijiet li jżommu t-traffiku. Is-segretarju parlamentari kkonkluda li dan huwa investiment bi ħsieb, li jipprovdi anke faċiltajiet għal mezzi ta’ trasport alternattivi b’impenn ambjentali għal kwalità ta’ ħajja aħjar. 
 
It-triq li ser tinfetaħ tinkludi l-bini ta’ bypass separat mit-toroq residenzjali permezz ta’ partijiet imħaddra, trakka segregata għar-roti u l-mixi bejn iż-żewġ partijiet kif ukoll differenzi fl-għoli tattoroq. Apparti l-faċilitajiet imsemmija, din il-bypass se tinkludi karreġġjata b’żewġ korsiji fiddirezzjoni lejn Ta’ Qali. Din il-ġimgħa beda jingħata l-asfalt fuq partijiet minn din it-triq ġdida wara li ġiet iffurmata u saru s-servizzi taħt l-art fl-ewwel nofs tas-sena.
pr201417a.jpg 
pr201417b.jpg
pr201417c.jpg
pr201417d.jpg